5 U issa jekk tassew tobdu kliemi+ u tħarsu l-patt tiegħi,+ imbagħad issiru l-proprjetà speċjali tiegħi mill-popli l-oħrajn kollha,+ għax l-art kollha hi tiegħi.+
6 Għax int poplu qaddis għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Lilek għażel Ġeħova Alla tiegħek biex issir il-poplu tiegħu, proprjetà speċjali, mill-popli kollha li hemm fuq wiċċ l-art.+
53 Għax mill-popli kollha taʼ l-art+ int lilhom warrabt apparti bħala wirtek, bħalma għedt permezz taʼ Mosè+ l-qaddej tiegħek meta kont qed toħroġ lil missirijietna mill-Eġittu, O Mulej Sovran Ġeħova.”
9 Imma intom “razza magħżula, saċerdozju rjali, ġens qaddis,+ poplu miksub bħala proprjetà speċjali,+ sabiex ixxandru maʼ kullimkien il-kwalitajiet eċċellenti”+ taʼ dak li sejħilkom mid-dlam għal ġod-dawl tiegħu taʼ l-għaġeb.+