Salmi
Taʼ David. Maskil.*
32 Hieni hu dak li l-irvell tiegħu nħafirlu, li dnubu ġie mgħotti.+
3 Meta bqajt sieket, għadmi ttiekel minħabba l-krib tiegħi l-jum kollu.+
4 Għax lejl u nhar idek kienet tqila fuqi.+
Saħħti nixfet bħall-ilma fin-nixfa tas-sħana tas-sajf.+ Sela.
5 Sa fl-aħħar, dnubi stqarrejtu miegħek, u l-iżball tiegħi ma bqajtx ngħattih.+
Jien għedt: “Se nistqarr nuqqasijieti lil Ġeħova.”+
U int ħfirt l-iżball taʼ dnubieti.+ Sela.
6 Minħabba f’hekk, kulmin hu leali se jitolbok+
Waqt li tistaʼ tinstab.+
U l-għargħar taʼ ħafna ilmijiet ma jmissux.+
7 Int il-post fejn ninħeba; int tħarisni min-niket.+
Iddawwarni b’għajat mimli ferħ għax teħlisni.+ Sela.
8 “Se nagħtik id-dehen u nistruwik dwar it-triq li għandek taqbad.+
Se nagħtik pariri u nżomm għajnejja fuqek.+
9 Tkunux bħal żiemel jew bagħal li ma jifhimx,+
Li l-enerġija tiegħu trid titrażżan bi lġiem jew kappestru+
Qabel jiġi ħdejk.”+