Miktam taʼ David.
16 Ħarisni, O Alla, għax jien stkennejt fik.+
2 Jien għedt lil Ġeħova: “Int Ġeħova; mhux int li tibbenefika mit-tjubija tiegħi,+
3 Imma l-qaddisin li huma fl-art.
B’dawn, iva, bil-maestużi, nitgħaxxaq.”+
4 Joktor l-uġigħ taʼ dawk li, meta jiġi ħaddieħor, jgħaġġlu għal warajh.+
M’iniex se nferraʼ magħhom l-offerti tax-xorb li fihom id-demm,+
U m’iniex se nsemmi isimhom b’xofftejja.+
5 Ġeħova huwa s-sehem tiegħi,+ u l-kies tiegħi jimlihuli sew.+
Sehmi fil-ħajja int iżżommu tajjeb f’idejk.
6 Jien kuntent bil-postijiet li messni bil-ħbula tal-kejl.+
Iva, dak li ħadt jogħġobni.
7 Se nbierek lil Ġeħova, li tani l-pariri.+
Iva, bil-lejl il-kliewi tiegħi kkoreġewni.+
8 Qegħedt lil Ġeħova quddiemi l-ħin kollu.+
Bih fuq leminti, m’iniex se nitħarrek.+
9 Għalhekk, qalbi tifraħ, u kulma hu glorjuż fija jithenna.+
U ġismi jgħammar fis-sigurtà.+
10 Għax int ma tħallix lil ruħi fil-Qabar.+
Ma tħallix lil-leali tiegħek jara l-ħofra.+
11 Int tgħarrafni t-triq tal-ħajja.+
B’wiċċek timlieni bil-ferħ;+
Fuq lemintek nitgħaxxaq għal dejjem.+