1 Samwel 3:13 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 13 U int trid tgħidlu li qed niġġudika lil daru+ għal żmien indefinit minħabba l-iżball li hu jaf bih,+ għaliex uliedu qed jisħtu lil Alla,+ u hu ma widdibhomx.+ Proverbji 13:24 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 24 Min iżomm lura l-ħatar ikun qed jobgħod lil ibnu,+ imma min iħobbu jfittxu bid-dixxiplina.+ Proverbji 22:6 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 6 Ħarreġ tifel skond it-triq xierqa għalih;+ lanqas meta jixjieħ ma jwarrab minnha.+ Proverbji 22:15 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 15 Il-bluha hi marbuta maʼ qalb taʼ tifel;+ il-ħatar tad-dixxiplina hu dak li se jbegħedha minnu.+ Proverbji 23:13 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 13 Iżżommx lura d-dixxiplina minn tifel.+ Jekk issawtu bil-ħatar, ma jmutx. Proverbji 29:15 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 15 Il-ħatar u t-twiddib jagħtu l-għerf;+ imma tifel mitluq għal riħu jkun taʼ mistħija għal ommu.+ Lhud 12:7 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 7 Qed tissaportu minħabba d-dixxiplina.+ Alla qed jittrattakom taʼ wlied.+ Għax liema iben ma jiġix dixxiplinat minn missieru?+
13 U int trid tgħidlu li qed niġġudika lil daru+ għal żmien indefinit minħabba l-iżball li hu jaf bih,+ għaliex uliedu qed jisħtu lil Alla,+ u hu ma widdibhomx.+
7 Qed tissaportu minħabba d-dixxiplina.+ Alla qed jittrattakom taʼ wlied.+ Għax liema iben ma jiġix dixxiplinat minn missieru?+