12 “Imma jekk qatt idduru lura+ u taqbdu maʼ dawk li baqaʼ minn dawn il-ġnus,+ dawn li baqaʼ magħkom, u titħalltu b’rabta taż-żwieġ+ magħhom u tagħmluha magħhom, u huma magħkom,
13 għandkom tkunu tafu fiċ-ċert li Ġeħova Alla tagħkom mhux se jkompli jieħu l-proprjetà taʼ dawn il-ġnus minħabba fikom;+ u huma jsiru għalikom bħal nasba u bħal nassa u bħal flaġell fuq ġenbejkom+ u bħal xewk f’għajnejkom sakemm tgħibu minn fuq din l-art tajba li takom Ġeħova Alla tagħkom.+