5 “Jekk raġel ikun għadu kif iżżewweġ,+ m’għandux joħroġ fl-armata, u lanqas ebda ħaġa oħra m’għandha tiġi sforzata fuqu. Għandu jibqaʼ meħlus f’daru għal sena sħiħa, u jrid iferraħ lill-mara li jkun ħa.+
9 Gawdi l-ħajja mal-maħbuba martek+ il-jiem kollha tal-ħajja fiergħa tiegħek li Hu tak taħt ix-xemx, il-jiem kollha tal-frugħa tiegħek, għax dak hu sehmek fil-ħajja+ u fix-xogħol iebes li qed titħabat fih taħt ix-xemx.
15 U kien hemm wieħed li m’għamilx hekk, billi kellu dak li kien baqaʼ mill-ispirtu. U x’kien qed ifittex dan? In-nisel t’Alla.+ U intom oqogħdu attenti għall-ispirtu tagħkom,+ u ħalli ħadd ma jaġixxi bi tradiment mal-mara taʼ żgħożitu.+