3 “U dawk li għandhom id-dehen jiddu bħad-dija tal-firxa tas-sema;+ u dawk li qed iwasslu lill-ħafna lejn is-sewwa,+ bħall-kwiekeb għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.
14 Madankollu, kif se jsejħu lil dak li ma poġġewx il-fidi fih?+ Imma kif se jpoġġu l-fidi f’dak li ma semgħux dwaru? U kif se jisimgħu jekk xi ħadd ma jippridkax?+
20 Għalhekk, għal-Lhud sirt bħal Lhudi,+ biex nirbaħ lil-Lhud; għal dawk taħt il-liġi sirt bħal wieħed taħt il-liġi,+ għalkemm jien innifsi m’iniex taħt il-liġi,+ biex nirbaħ lil dawk taħt il-liġi.