19 Bin il-bniedem ġie jiekol u jixrob,+ u xorta n-nies jgħidu, ‘Ara! Raġel b’kilba għall-ikel u mogħti għall-inbid, ħabib tal-kolletturi tat-taxxi u l-midinbin.’+ Xorta waħda, l-għerf jintwera li hu sewwa minn għemilu.”+
12Dik il-ħabta Ġesù għadda f’jum is-Sabat*+ minn qalb l-għelieqi miżrugħin bil-qamħ. Id-dixxipli tiegħu qabadhom il-ġuħ u bdew jaqtgħu u jieklu s-sbul.+