11 U jien, iva, jien, dort lejn ix-xogħlijiet kollha li għamlu idejja u lejn ix-xogħol iebes li kont tħabatt biex inwettaq,+ u, ara, kollox kien frugħa u ġiri wara r-riħ,+ u ma kien hemm xejn taʼ vantaġġ taħt ix-xemx.+
26 Għax lill-bniedem li hu tajjeb quddiemu,+ Alla tah għerf, għarfien, u ferħ,+ imma lill-midneb tah ix-xogħol li jiġbor u jiġmaʼ sempliċement biex jagħtih lil min hu tajjeb quddiem l-Alla l-veru.+ Dan ukoll frugħa u ġiri wara r-riħ.+