18 Imma tieklu quddiem Ġeħova Alla tiegħek, fil-post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek,+ int u ibnek u bintek u l-ilsir tiegħek u l-ilsira tiegħek u l-Levita li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek; u thenna+ quddiem Ġeħova Alla tiegħek b’kull xogħol li tagħmel.
6 U min hu r-raġel li ħawwel għalqa dwieli u ma bediex jaħsad il-frott? Ħa jmur lura lejn daru, li ma jmurx imut fil-battalja u raġel ieħor jibda jaħsad il-frott.+
18 Ara! L-isbaħ ħaġa li rajt hi li wieħed għandu jiekol u jixrob u jgawdi affarijiet tajbin għax-xogħol iebes kollu tiegħu+ li fih jitħabat taħt ix-xemx il-jiem kollha taʼ ħajtu li tah l-Alla l-veru, għax dak hu sehmu.
15 U faħħart il-ferħ,+ għaliex il-bnedmin m’għandhom xejn aħjar taħt ix-xemx milli jieklu u jixorbu u jifirħu, u dan għandu jibqaʼ magħhom fix-xogħol iebes tagħhom tul jiem ħajjithom,+ li l-Alla l-veru tahom taħt ix-xemx.+
17 għalkemm, fil-fatt, ma ħalliex lilu nnifsu mingħajr xiehda billi għamel it-tajjeb+ u takom ix-xita+ mis-sema u l-istaġuni tal-frott u mlielkom qlubkom għalkollox bl-ikel u bil-ferħ.”+