26 Meta nkun kissirtilkom il-bsaten li ddendlu l-ftajjar magħhom,+ għaxar nisa jaħmu ħobżkom ġo forn wieħed biss u jroddulkom ħobżkom bl-użin;+ u tieklu imma ma tixbgħux.+
51 U huma jieklu l-frott taʼ l-annimali domestiċi tiegħek u l-prodott tal-ħamrija tiegħek sakemm tinġieb fix-xejn,+ u ma jħallulekx qmuħ, inbid ġdid jew żejt, ebda wieħed miż-żgħar tal-baqar tiegħek jew mill-frieħ tan-nagħaġ tiegħek, sakemm jeqirduk.+
21 Għaldaqstant, is-Sultan Sedekija ta l-kmand, u żammew lil Ġeremija arrestat fil-Bitħa taʼ l-Għassa;+ u kien jingħata ħobża kuljum mit-triq tal-furnara,+ sakemm spiċċa l-ħobż kollu tal-belt.+ U Ġeremija baqaʼ jgħix fil-Bitħa taʼ l-Għassa.+
16 U kompla jgħidli: “Bin il-bniedem, ara, f’Ġerusalemm qed inkisser il-bsaten li jdendlu l-ftajjar magħhom,+ u huma jkollhom jieklu l-ħobż bl-użin u bl-ansjetà,+ u se jixorbu l-ilma bil-qjies u bit-twerwir,+