19 Il-bniedem tas-sengħa sawwab il-metall imdewweb ġo forma biex jagħmel xbieha,+ u l-ħaddiem fil-metall ksieha bid-deheb,+ u qed isawwar il-ktajjen tal-fidda fil-forġa.+
7 Għalhekk, il-bniedem tas-sengħa saħħaħ lill-ħaddiem fil-metall;+ dak li jillixxa bil-martell tal-forġa saħħaħ lil dak li qed jagħti bil-mazza fuq l-inkwina, u jgħidlu: “Tajba s-saldatura.” Fl-aħħar, wieħed rabtu bl-imsiemer sabiex ma jaqax.+
6 Hemm dawk li qed joħorġu kemm jifilħu deheb mill-borża tal-flus, u jiżnu l-fidda bil-lasta tal-miżien. Iqabbdu lil xi ħadd li jaħdem il-metall, u hu jagħmel dan f’alla.+ Imbagħad jinxteħtu fl-art, iva, imilu.+