11 Meta l-friegħi żgħar tagħha jkunu nixfu, in-nisa jidħlu jqaċċtuhom u jagħtuhom in-nar.+ Għax m’huwiex poplu li jifhem fil-fond.+ Huwa għalhekk li Dak li għamlu m’hu se jurih ebda ħniena, u Dak li sawru mhux se jurih qalb tajba.+
7 Anki ċ-ċikonja fis-smewwiet taf meta jkun żmienha;+ il-gamiema,+ ir-rundun, u l-bulbul iħarsu ż-żmien meta għandhom jiġu. Imma l-poplu tiegħi m’għarafx iż-żmien tal-ġudizzju taʼ Ġeħova.”’+
6 Il-poplu tiegħi se jgħib, għax m’hemmx għarfien.+ Talli int stess ċħadt l-għarfien,+ jien ukoll se nċaħħdek milli taqdini bħala qassis;+ u talli dejjem tinsa l-liġi t’Alla tiegħek,+ jien, iva, jien, se ninsa lil uliedek.+