26 Għaldaqstant ħadu l-barri ż-żgħir li tahom. Imbagħad ħejjewh u qagħdu jsejħu isem Bagħal minn fil-għodu sa nofsinhar, u jgħidu: “O Bagħal, wiġibna!” Imma ma nstemaʼ l-ebda leħen,+ u ħadd ma wiġibhom.+ U baqgħu jzappu madwar l-artal li kienu għamlu.
38 U ġara li meta kien qed imil fid-dar taʼ Nisrok+ l-alla tiegħu,+ Adrammelek u Sareser, uliedu stess, qatluh bis-sejf,+ u huma nfushom ħarbu lejn l-art t’Ararat.+ U ibnu Esar-ħaddon+ beda jsaltan minfloku.
28 “Imma fejn huma allatek li għamilt għalik?+ Ħa jqumu huma jekk jistgħu jsalvawk fi żmien il-gwaj tiegħek.+ Għax allatek saru daqs l-għadd taʼ blietek, O Ġuda.+
5 U l-baħħara bdew jibżgħu u bdew isejħu għall-għajnuna, kull wieħed lill-alla tiegħu.+ U bdew iwaddbu l-baħar l-affarijiet li kienu fuq il-bastiment, sabiex iħaffuh.+ Imma Ġona kien niżel u daħal ġewwanett taħt il-gverta tal-bastiment, u hemmhekk imtedd u raqad fil-fond.+