36 ismaʼ int mis-smewwiet, u aħfer id-dnub tal-qaddejja tiegħek, iva, tal-poplu tiegħek Israel, għax int tgħallimhom+ it-triq it-tajba li għandhom jimxu fiha;+ u ibgħat ix-xita+ fuq l-art li int tajt lill-poplu tiegħek bħala wirt.
20 U Ġeħova se jagħtikom il-ħobż tan-niket u l-ilma tal-moħqrija;+ madankollu, l-Istruttur Grandjuż tiegħek mhux se jkun iktar moħbi, u għajnejk jaraw lill-Istruttur Grandjuż tiegħek.+
2 U ħafna ġnus imorru jgħidu: “Ejjew,+ ħa nitilgħu lejn il-muntanja taʼ Ġeħova u lejn id-dar taʼ l-Alla taʼ Ġakobb;+ u hu jgħallimna dwar triqatu,+ u aħna nimxu fil-mogħdijiet tiegħu.”+ Għax minn Sijon toħroġ il-liġi, u l-kelma taʼ Ġeħova minn Ġerusalemm.+