5 Bħall-ħoss tal-karrijiet fuq il-qċaċet tal-muntanji jibqaʼ jaqbeż,+ bħall-ħoss taʼ nar iħeġġeġ li qed jiblaʼ t-tiben.*+ Hu bħal poplu setgħan, imqassam għall-battalja.+
4“Għax, ara, ġej il-jum jaqbad bħall-forn,+ u l-prużuntużi kollha u dawk kollha li qed jagħmlu l-ħażen iridu jsiru bħat-tiben.*+ U l-jum li ġej se jiblagħhom żgur,” qal Ġeħova taʼ l-armati, “sabiex ma jħallilhom la għerq u lanqas fergħa.+