12 Kont jien li nissilt lil dan il-poplu kollu? Kont jien li wlidthom, biex tgħidli, ‘Ġorrhom fi ħdanek,+ bħalma tinġarr tarbija tal-ħalib minn dak li jieħu ħsiebha,’+ lejn l-art li dwarha int ħlift lil missirijiethom?+
15 daqstant ieħor se jaħsad lil ħafna ġnus.+ Is-slaten se jagħlqu ħalqhom meta jarawh,+ għax se jaraw dak li ma ntqalilhomx, u se jkollhom jikkunsidraw dak li ma semgħux.+
10 U l-barranin se jibnulek is-swar,+ u s-slaten tagħhom se jaqduk;+ għax fl-għadab tiegħi se nkun drabtek,+ imma fir-rieda tajba tiegħi se jkolli ħniena minnek.+
16 U int se terdaʼ l-ħalib tal-ġnus,+ u s-sider tas-slaten se terdaʼ;+ u int żgur se tkun taf li jien, Ġeħova,+ jien is-Salvatur tiegħek,+ u l-Alla l-Qawwi+ taʼ Ġakobb hu Dak li xtrak lura.+