6 Għax int poplu qaddis għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Lilek għażel Ġeħova Alla tiegħek biex issir il-poplu tiegħu, proprjetà speċjali, mill-popli kollha li hemm fuq wiċċ l-art.+
9 Imma intom “razza magħżula, saċerdozju rjali, ġens qaddis,+ poplu miksub bħala proprjetà speċjali,+ sabiex ixxandru maʼ kullimkien il-kwalitajiet eċċellenti”+ taʼ dak li sejħilkom mid-dlam għal ġod-dawl tiegħu taʼ l-għaġeb.+