17 Għalhekk, tellaʼ kontrihom lis-sultan tal-Kaldin,+ li qatel liż-żgħażagħ tagħhom bis-sejf+ fid-dar tas-santwarju tagħhom,+ u la ħass mogħdrija għaż-żagħżugħ u lanqas għall-verġni, la għax-xwejjaħ u lanqas għax-xiħ għakka.+ Alla kollox tah f’idejh.
17 “Għax nerġaʼ nagħtik saħħtek, u nfejqek mid-daqqiet tiegħek,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “Għax sejħulek imkeċċija,+ u qalu: ‘Dik Sijon, li ħadd m’hu qed ifittixha.’”+
10 “Hekk qal Ġeħova, ‘F’dan il-post li se tgħidu li hu mitluq u li ma fihx bnedmin u annimali domestiċi, fil-bliet taʼ Ġuda u fit-toroq taʼ Ġerusalemm li huma ħerba+ u li fihom ma jgħammar ħadd, la bnedmin u lanqas annimali domestiċi, għad iridu jinstemgħu+
27 Għax hu miktub: “Ifraħ, mara li ma jistax ikollok tfal u li ma tilidx; għolli leħnek u għajjat bil-ferħ, int li m’għandekx l-uġigħ tal-ħlas; għax ulied il-mara abbandunata huma iktar numerużi minn taʼ dik li għandha żewġha.”+