13 Il-biżaʼ taʼ Ġeħova jfisser li tobgħod il-ħażen.+ Is-suppervja u l-kburija+ u t-triq il-ħażina u l-fomm li jgħid affarijiet imħassrin+ jien bgħadthom.
13 Il-konklużjoni taʼ dan, wara li nstemaʼ kollox, hi: Ibżaʼ mill-Alla l-veru+ u ħares il-kmandamenti tiegħu.+ Għax dan hu l-obbligu kollu tal-bniedem.
28 U tibżgħux+ minn dawk li joqtlu l-ġisem imma ma jistgħux joqtlu r-ruħ; imma minflok ibżgħu minn dak+ li jistaʼ jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem f’Geħenna.*+
5 Imma jien nurikom minn min għandkom tibżgħu: Ibżgħu minn dak+ li wara li joqtol għandu l-awtorità li jitfaʼ f’Geħenna.*+ Iva, ngħidilkom, ibżgħu+ minn Dan.
4 Min tassew ma jibżax minnek,+ Ġeħova,+ u ma jigglorifikax lil ismek,+ għax int biss leali?+ Il-ġnus kollha jiġu u jqimu quddiemek,+ għax id-digrieti ġusti tiegħek saru evidenti.”+