17 U dakinhar ir-rabja tiegħi tixgħel kontrihom,+ u nabbandunahom+ u naħbi wiċċi minnhom,+ u jsiru xi ħaġa li għandha tinqered; u jiġu fuqhom ħafna gwajijiet u hemmijiet,+ u jgħidu dakinhar, ‘M’huwiex għax Alla tagħna mhux qiegħed f’nofsna li dawn il-gwajijiet ġew fuqna?’+
23 U l-ġnus se jkollhom ikunu jafu li kien minħabba l-iżball tagħhom li huma, dar Israel, marru fl-eżilju,+ minħabba l-fatt li huma aġixxew b’nuqqas taʼ fedeltà miegħi, u għalhekk jien ħbejt wiċċi minnhom+ u tajthom f’idejn l-avversarji tagħhom, u waqgħu bis-sejf, ilkoll kemm huma.+