17 Għalhekk, tellaʼ kontrihom lis-sultan tal-Kaldin,+ li qatel liż-żgħażagħ tagħhom bis-sejf+ fid-dar tas-santwarju tagħhom,+ u la ħass mogħdrija għaż-żagħżugħ u lanqas għall-verġni, la għax-xwejjaħ u lanqas għax-xiħ għakka.+ Alla kollox tah f’idejh.
7 Babilonja kienet kies tad-deheb f’id Ġeħova,+ u hi ġiegħlet lill-art kollha tisker.+ Il-ġnus xorbu mill-inbid tagħha,+ u għalhekk jaġixxu taʼ mġienen.+
19 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien se nagħti l-art taʼ l-Eġittu+ lil Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, u hu jġorr l-għana tagħha u jiħodha bħala priża kbira+ u jisraq ħafna affarijiet minnha; u tkun bħala ħlas għall-qawwa militari tiegħu.’
19 U minħabba l-kobor li Hu tah, il-popli, il-ġnus, u l-ilsna kollha kienu jitriegħdu u jibżgħu quddiemu.+ Lil min ried hu, kien joqtlu; u lil min ried hu, kien jikkastigah; u lil min ried hu, kien jeżaltah; u lil min ried hu, kien jumiljah.+