16 għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, qed immidd idi kontra l-Filistin,+ u se nqaċċat lill-Keretin+ u neqred il-bqija tan-nies li joqogħdu mal-kosta tal-baħar.+
4 “U x’għandkom x’taqsmu miegħi, O Tir u Sidon+ u intom ir-reġjuni kollha tal-Filistja?+ Qed tħallsuni bil-mod kif qed tittrattawni? U jekk qed tittrattawni b’dan il-mod, jien malajr, bil-ħeffa, inħallaskom skond kif qed tittrattawni.+
6 “Hekk qal Ġeħova, ‘“Minħabba tliet irvellijiet taʼ Gaża,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma ħadu fl-eżilju ġemgħa sħiħa t’eżiljati+ biex jagħtuhom f’idejn Edom.+
5 Askelon se tara u tibżaʼ; u Gaża wkoll se tħoss uġigħ kbir ħafna; Għekron+ ukoll, għax dik li hi ħarset lejha bħala t-tama tagħha+ se jkollha ġġarrab mistħija. U sultan se jgħib minn Gaża, u Askelon ma tkunx abitata.+