7 Għall-kobor tal-ħakma tiegħu+ bħala prinċep u għall-paċi ma jkun hemm ebda tmiem,+ fuq it-tron taʼ David+ u fuq saltnatu sabiex jistabbiliha fis-sod+ u jsaħħaħha permezz tal-ġustizzja+ u s-sewwa,+ minn issa ’l quddiem u għal dejjem.* L-istess żelu taʼ Ġeħova taʼ l-armati se jagħmel dan.+
5 “Ara! Ġej żmien,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “meta lil David inqajjimlu rimja ġusta.+ U jkun hemm sultan li jsaltan+ u jaġixxi bil-għaqal u jagħmel il-ġustizzja u s-sewwa fil-pajjiż.+
14 U lilu ngħataw ħakma,+ dinjità,+ u saltna,+ sabiex il-popli, il-ġnus, u l-lingwi jaqdu kollha lilu.+ Il-ħakma tiegħu hi ħakma li tibqaʼ għal dejjem* u li ma tgħaddix, u saltnatu, waħda li ma tinqeridx.+