12 U dan il-lejl+ irrid ngħaddi mill-art kollha taʼ l-Eġittu u nolqot lil kull l-ewwel imwieled fl-art taʼ l-Eġittu, minn bniedem sa bhima;+ u nagħmel ħaqq mill-allat kollha taʼ l-Eġittu.+ Jien Ġeħova.+
12 U jien inqabbad nar fid-djar taʼ l-allat taʼ l-Eġittu;+ u hu jaħraqhom, u jiħodhom fil-jasar u jitgeżwer fl-art taʼ l-Eġittu, bħalma ragħaj jitgeżwer fl-ilbies tiegħu,+ u jitlaq minn hemmhekk fil-paċi.
25 “Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel, qal, ‘Ara, se nitlob kont minn Amon+ tal-belt taʼ No+ u mill-Fargħun u mill-Eġittu u mill-allat tiegħu+ u mis-slaten tiegħu,+ iva, mill-Fargħun u minn dawk kollha li jafdaw fih.’+
13 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Neqred ukoll l-idoli moqżieża daqs id-demel+ u nneħħi l-allat bla siwi minn Nof,*+ u ma joħroġx iktar kap ewlieni mill-art taʼ l-Eġittu; u nġib il-biżaʼ fl-art taʼ l-Eġittu.+