26 jien illum insejjaħ is-smewwiet u l-art bħala xhieda kontrikom,+ li intom żgur li se tgħibu malajr minn fuq l-art li għaliha se taqsmu l-Ġordan biex tiħduha f’idejkom. Ma ttawlux jiemkom fuqha, għaliex żgur li tinqerdu għalkollox.+
34Itilgħu qrib, O ġnus, biex tisimgħu;+ u intom il-popli,+ oqogħdu attenti. Ħa tagħti widen l-art u kulma fiha,+ l-art produttiva+ u l-prodott kollu tagħha.+
19 Ismaʼ, O art! Ara, se nġib gwaj fuq dan il-poplu+ bħala l-frott taʼ ħsibijiethom,+ għax huma ma qagħdux attenti għal kliemi; u l-liġi tiegħi baqgħu jwarrbuha wkoll.”+
2 “Isimgħu, O popli, ilkoll kemm intom; oqgħod attenta, O art u kulma fik,+ u ħa jkun il-Mulej Sovran Ġeħova xhud+ kontrikom, Ġeħova mit-tempju qaddis tiegħu.+