13 U issa, talli bqajtu tagħmlu dawn l-għemejjel kollha,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u talli ma smajtux+ avolja kellimtkom kemm-il darba, u kont inbakkar fil-għodu biex inkellimkom,+ u talli ma wiġibtux+ avolja bqajt insejħilkom,
19 peress li huma ma semgħux minn kliemi,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘li jien bgħattilhom permezz tal-qaddejja tiegħi l-profeti, u kont inbakkar u nibgħathom.’+
“‘Imma intom ma smajtux,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
4 U bqajt nibagħtilkom lill-qaddejja kollha tiegħi l-profeti, iva, kont inbakkar u nibgħathom,+ u ngħid: “Jekk jogħġobkom, tagħmlux din il-ħaġa mistkerrha li jien nobgħod.”+