-
2 Slaten 17:13Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
13 u Ġeħova baqaʼ jwissi+ lil Israel+ u lil Ġuda+ permezz tal-profeti kollha tiegħu+ u l-viżjonarji kollha,+ billi jgħidilhom: “Duru lura minn triqatkom il-ħżiena+ u ħarsu l-kmandamenti tiegħi,+ l-istatuti tiegħi,+ skond il-liġi kollha+ li kkmandajt lil missirijietkom+ u li bgħattilkom permezz tal-qaddejja tiegħi l-profeti”;+
-
-
Ġeremija 35:15Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
15 U bqajt nibagħtilkom lill-qaddejja kollha tiegħi l-profeti,+ kont inbakkar fil-għodu biex nibgħathom, u ngħidilkom, ‘Duru lura, jekk jogħġobkom, kull wieħed minn triqtu l-ħażina,+ u rranġaw l-għemejjel tagħkom,+ u timxux wara allat oħrajn biex taqduhom.+ U tibqgħu tgħixu fuq l-art li tajt lilkom u lil missirijietkom.’+ Imma intom ma mejjiltux widnitkom, u lanqas smajtu minni.+
-