2 U l-popli jiħduhom u jġibuhom lura fil-post tagħhom, u dawk taʼ dar Israel jiħduhom fl-art taʼ Ġeħova biex ikunu qaddejja rġiel u nisa tagħhom;+ u jieħdu fil-jasar+ lil dawk li żammewhom fil-jasar, u jkollhom taħthom lil dawk li ġegħluhom jaħdmu.+
7 Babilonja kienet kies tad-deheb f’id Ġeħova,+ u hi ġiegħlet lill-art kollha tisker.+ Il-ġnus xorbu mill-inbid tagħha,+ u għalhekk jaġixxu taʼ mġienen.+
8 Talli int ħarbatt lil ħafna ġnus, dawk kollha li baqaʼ mill-popli se jħarbtu lilek,+ minħabba d-demm tal-bnedmin li xerridt u l-atti vjolenti li għamilt lill-art, il-belt u dawk kollha li jgħammru fiha.+