2 U jrid iseħħ li fl-aħħar parti tal-jiem+ il-muntanja tad-dar+ taʼ Ġeħova ssir stabbilita fis-sod ’il fuq mill-quċċata tal-muntanji,+ u titgħolla ’l fuq mill-għoljiet;+ u lejha jiġru l-ġnus kollha.+
2 U ħafna ġnus imorru jgħidu: “Ejjew,+ ħa nitilgħu lejn il-muntanja taʼ Ġeħova u lejn id-dar taʼ l-Alla taʼ Ġakobb;+ u hu jgħallimna dwar triqatu,+ u aħna nimxu fil-mogħdijiet tiegħu.”+ Għax minn Sijon toħroġ il-liġi, u l-kelma taʼ Ġeħova minn Ġerusalemm.+
11 “U ħafna ġnus se jintrabtu maʼ Ġeħova f’dak il-jum,+ u huma jsiru l-poplu tiegħi;+ u jien se ngħammar f’nofsok.” U se jkollok tkun taf li Ġeħova taʼ l-armati bagħatni għandek.+
23 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Għad iseħħ f’dawk il-jiem li għaxart irġiel mill-ilsna kollha tal-ġnus+ se jaqbdu,+ iva, se jaqbdu tarf il-libsa taʼ raġel Lhudi,+ u jgħidu: “Aħna se niġu magħkom,+ għax smajna li Alla magħkom.”’”+
9 Wara dan rajt, u, ara, folla kbira,+ li ebda bniedem ma setaʼ jgħoddha, minn kull ġens+ u tribù u poplu+ u lsien,+ weqfin quddiem it-tron+ u quddiem il-Ħaruf, lebsin ilbiesi bojod;+ u f’idejhom kellhom friegħi tal-palm.+