57 saħansitra maʼ dak li joħroġ minn bejn riġlejha eżatt wara li tiled u maʼ wliedha li wildet,+ għaliex se tikolhom bil-moħbi minħabba l-għaks f’kollox u minħabba li int tkun magħluq minn kullimkien u minħabba t-tbatija li se jġib fuqek l-għadu tiegħek ’il ġewwa minn bwiebek.+
2 U jiġri li jekk jgħidulek, ‘Fejn se mmorru?’ għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova: “Min hu għall-mard qattiel, għall-mard qattiel! U min hu għas-sejf, għas-sejf! U min hu għall-ġuħ,+ għall-ġuħ! U min hu għall-jasar, għall-jasar!”’+