7 U nagħtihom qalb li biha jkunu jafuni,+ li jien Ġeħova; u jsiru l-poplu tiegħi,+ u jien insir Alla tagħhom, għax huma jerġgħu lura għandi b’qalbhom kollha.+
33 “Għax dan hu l-patt+ li nagħmel maʼ dar Israel wara dak iż-żmien,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “Inqiegħed il-liġi tiegħi ġo fihom,+ u niktibha f’qalbhom.+ U nsir Alla tagħhom, u huma jsiru l-poplu tiegħi.”+
5 Għax il-popli kollha, min-naħa tagħhom, se jimxu kull wieħed f’isem l-alla tiegħu;+ imma aħna, min-naħa tagħna, se nimxu f’isem Ġeħova Alla tagħna+ għal żmien indefinit, saħansitra għal dejjem.+