4 ‘B’mard qattiel imutu.+ Ma jibkuhomx,+ u lanqas jidfnuhom.+ Bħal demel fuq wiċċ l-art isiru;+ u bis-sejf u bil-ġuħ jintemmu,+ u l-iġsma mejtin tagħhom ikunu ikel għall-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet u għall-bhejjem taʼ l-art.’+
7 U f’dan il-post se nġib fix-xejn l-iskop taʼ Ġuda u taʼ Ġerusalemm,+ u se nwaqqagħhom bis-sejf quddiem l-għedewwa tagħhom u b’id dawk li jipprovaw jiħdulhom ħajjithom.+ U nagħti l-iġsma mejtin tagħhom bħala ikel lill-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet u lill-bhejjem taʼ l-art.+