8 Tmintax-il sena kellu Ġeħojakin+ meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Neħusta bint Elnatan minn Ġerusalemm.
15 Għalhekk, ħa lil Ġeħojakin+ fl-eżilju lejn Babilonja;+ u lil omm is-sultan+ u n-nisa tas-sultan u l-uffiċjali tal-palazz tiegħu+ u l-irġiel importanti tal-pajjiż ġarrhom bħala eżiljati minn Ġerusalemm għal Babilonja.
10 U fil-bidu+ tas-sena s-Sultan Nebukadnessar bagħat+ it-truppi biex iġibu lil Ġeħojakin f’Babilonja+ flimkien maʼ l-oġġetti mixtiqin tad-dar taʼ Ġeħova.+ Barra minn hekk, għamel lil Sedekija,+ ħu missieru, sultan fuq Ġuda u Ġerusalemm.+
30 Hekk qal Ġeħova, ‘Iktbu lil dan ir-raġel bħala wieħed li m’għandux tfal+ u bħala raġel b’saħħtu li ma jirnexxix fi żmienu; għax lanqas ħadd minn uliedu ma jirnexxi+ billi jpoġġi fuq it-tron taʼ David+ u jerġaʼ jaħkem f’Ġuda.’”