21 biex titwettaq il-kelma taʼ Ġeħova permezz taʼ fomm Ġeremija,+ sakemm l-art tkun ħallset is-Sabatijiet tagħha.+ Il-jiem kollha li baqgħet ħerba żammet is-Sabat, sakemm għaddew sebgħin sena.+
11 Għal dan, jien għedt: “Sakemm, O Ġeħova?”+ Imbagħad hu qal: “Sakemm il-bliet jitfarrku u jsiru rovina, u ma jifdalx abitanti fihom, u d-djar ma jkunx fihom bnedmin, u l-art tkun rovinata u abbandunata;+
28 U l-pajjiż nagħmlu art abbandunata,+ iva, ħerba, u l-kburija taʼ saħħtu tintemm+ u l-muntanji taʼ Israel jiġu abbandunati,+ u ħadd ma jgħaddi minn hemmhekk.