26 Madankollu, Ġeħova ma reġax lura mit-tħeġġiġ kbir tar-rabja tiegħu, li bih ir-rabja tiegħu kienet qed tħeġġeġ kontra Ġuda+ minħabba l-affarijiet kollha li bihom Manasse ġegħelhom joffenduh.+
13 Barra minn hekk, dan iż-żmien kollu jien bqajt l-istess Wieħed;+ u m’hemm ħadd li jistaʼ jipprovdi ħelsien minn idi.+ Se nieħu azzjoni,+ u min jistaʼ jreġġagħha lura?”+
10 jien li mill-bidu ngħid it-tmiem,+ u minn żmien twil ilu l-affarijiet li ma sarux;+ li ngħid, ‘L-iskop tiegħi se jreġi,+ u kulma nitgħaxxaq bih nagħmlu’;+
14 Jien, Ġeħova, tkellimt.+ Dan se jseħħ,+ u jien se naġixxi. M’iniex se nħalli l-affarijiet għaddejjin,+ u la se tiġini ħasra+ u lanqas jiddispjaċini.+ Skond triqatek u skond l-għemejjel tiegħek se jiġġudikawk,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”