11 “Sinnu l-vleġeġ.+ Oqogħdu wara t-tarki tondi tagħkom. Ġeħova qajjem l-ispirtu tas-slaten tal-Medin,+ għax għandu ħsieb kontra Babilonja,+ li jagħmilha ħerba. Għax din hija l-vendetta taʼ Ġeħova, il-vendetta għat-tempju tiegħu.+
48 “U s-smewwiet u l-art u kulma fihom se jgħajtu bil-ferħ minħabba Babilonja,+ għax mit-tramuntana ġejjin dawk li se jħarbtuha,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.