6 “Aħarbu minn ġo nofs Babilonja,+ u eħilsu ruħkom.+ Titilfux ħajjitkom minħabba l-iżball tagħha.+ Għax wasal il-waqt tal-vendetta taʼ Ġeħova.+ Se jroddilha lura dak li jistħoqqilha.+
11 “Sinnu l-vleġeġ.+ Oqogħdu wara t-tarki tondi tagħkom. Ġeħova qajjem l-ispirtu tas-slaten tal-Medin,+ għax għandu ħsieb kontra Babilonja,+ li jagħmilha ħerba. Għax din hija l-vendetta taʼ Ġeħova, il-vendetta għat-tempju tiegħu.+