11 Imma Ġeħova kien miegħi+ bħal wieħed setgħan u tal-biżaʼ.+ Huwa għalhekk li dawk stess li qed jippersegwitawni se jitfixklu u ma jagħmlu xejn kontrija.+ Se jkollhom jistħu ħafna, għax mhux se jirnexxu. L-umiljazzjoni tagħhom se ddum għal żmien indefinit u ma tintesiex.+
8 U jien, mill-banda l-oħra, sirt mimli qawwa, ġustizzja, u setgħa+ bl-ispirtu taʼ Ġeħova, sabiex ngħid lil Ġakobb l-irvell tiegħu u lil Israel id-dnub tiegħu.+