16 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Ara! Int se timtedd maʼ missirijietek;+ u dawn in-nies se jqumu+ u jkollhom relazzjoni immorali m’allat barranin taʼ l-art li sejrin fiha,+ eżatt f’nofshom, u jabbandunawni+ u jiksru l-patt tiegħi li għamilt magħhom.+
7 Issa dan ġara għax ulied Israel kienu dinbu+ kontra Ġeħova Alla tagħhom, li ħariġhom mill-art taʼ l-Eġittu minn taħt idejn il-Fargħun is-sultan taʼ l-Eġittu,+ u bdew jibżgħu minn allat oħrajn;+
9 mhux bħall-patt+ li għamilt maʼ missirijiethom dakinhar li qbadthom minn idhom biex noħroġhom mill-art taʼ l-Eġittu,+ għax huma ma baqgħux fil-patt tiegħi,+ u għalhekk ma bqajtx nieħu ħsiebhom,’ jgħid Ġeħova.”+