36 Ġeħova se jmexxi lilek+ u lis-sultan tiegħek+ li tqiegħed fuqek għal għand ġens li ma tafux, la int u lanqas missirijietek; u hemmhekk ikollok taqdi allat oħrajn, taʼ l-injam u tal-ġebel.+
15 Għalhekk, ħa lil Ġeħojakin+ fl-eżilju lejn Babilonja;+ u lil omm is-sultan+ u n-nisa tas-sultan u l-uffiċjali tal-palazz tiegħu+ u l-irġiel importanti tal-pajjiż ġarrhom bħala eżiljati minn Ġerusalemm għal Babilonja.
7 ‘U xi wħud minn uliedek stess li se joħorġu minnek, u li int se ssir missierhom, se jittieħdu+ u jsiru uffiċjali tal-palazz+ fil-palazz tas-sultan taʼ Babilonja.’”+
13 U jien nifrex ix-xibka tiegħi fuqu, u jinqabad fix-xibka tal-kaċċa tiegħi;+ u nġibu Babilonja, lejn l-art tal-Kaldin,+ imma hu ma jarahiex; u hemmhekk imut.+
3 U s-sultan qal lil Asfenaż, l-uffiċjal ewlieni tal-palazz tiegħu,+ biex iġib lil xi wħud minn ulied Israel u mid-dixxendenti rjali u min-nobbli,+