9 U dakinhar wieħed jgħid: “Ara! Dan hu Alla tagħna.+ Fih ittamajna,+ u hu se jsalvana.+ Dan hu Ġeħova.+ Fih ittamajna. Ejjew nifirħu u nithennew bis-salvazzjoni permezz tiegħu.”+
18 U għaldaqstant, Ġeħova se jibqaʼ jistenna biex jurikom qalb tajba,+ u għaldaqstant se jqum biex jurikom ħniena.+ Għax Ġeħova hu Alla taʼ ġudizzju.+ Henjin+ dawk kollha li jibqgħu jistennewh.+