LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 28:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 “Ġeħova jibgħat fuqek is-​saħta,+ it-​taħwid,+ u ċ-​ċanfir+ f’kull xogħol li tagħmel u li tipprova twettaq, sakemm tinġieb fix-​xejn u tgħib bl-​għaġla, minħabba l-​ħażen t’għemilek għaliex abbandunajtni.+

  • 2 Kronaki 36:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 Imma huma kienu jwaqqgħu għaċ-​ċajt+ kontinwament lill-​messaġġiera taʼ l-​Alla l-​veru u jistmerru kliemu+ u jiżżuffjettaw+ bil-​profeti tiegħu, sakemm il-​korla+ taʼ Ġeħova xegħlet kontra l-​poplu tiegħu, sakemm ma kienx hemm fejqan.+

  • Ġeremija 6:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 U jien imtlejt bil-​korla taʼ Ġeħova. Għejejt inżomm ġo fija.”+

      “Ferragħha fl-​istess ħin fuq it-​tifel fit-​triq+ u fuq il-​ġemgħa taʼ ħbieb żgħażagħ; għax huma wkoll se jinqabdu, raġel flimkien maʼ martu, xiħ flimkien maʼ wieħed mimli bl-​għomor.+

  • Ġeremija 9:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 U lil Ġerusalemm nagħmilha borġ ġebel,+ il-​bejta tax-​xakalli;+ u l-​bliet taʼ Ġuda nagħmilhom art abbandunata, mingħajr abitanti.+

  • Eżekjel 22:31
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 31 Għaldaqstant se nferraʼ l-​kundanna tiegħi+ fuqhom. Bin-​nar tal-​qilla tiegħi neqridhom għalkollox.+ Triqithom inġibha fuq rashom,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.”

  • Danjel 9:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 U wettaq kliemu li kien lissen kontrina+ u kontra l-​imħallfin tagħna li ġġudikawna,+ billi ġab fuqna gwaj kbir, li bħalu qatt ma sar taħt is-​smewwiet kollha bħal dak li sar f’Ġerusalemm.+

  • Żakkarija 1:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 Madankollu, kliemi u r-​regolamenti tiegħi li jien ikkmandajt lill-​qaddejja tiegħi, il-​profeti,+ ma laħqux huma lil missirijietkom?’+ Għalhekk, darilhom u qalu: ‘Skond dak li Ġeħova taʼ l-​armati kellu f’moħħu li jagħmlilna,+ skond triqatna u skond l-​għemejjel tagħna, hekk għamlilna.’”+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja