25 Ġeħova se jġiegħlek tiġi megħlub quddiem l-għedewwa tiegħek.+ Minn triq waħda toħroġ kontrihom, imma minn sebaʼ triqat taħrab minn quddiemhom; u ssir tal-biżaʼ għas-saltniet kollha taʼ l-art.+
68 U Ġeħova jġibek lura lejn l-Eġittu bl-iġfna mit-triq li dwarha għedtlek, ‘Qatt ma terġaʼ taraha,’+ u hemmhekk ikollkom tinbiegħu lill-għedewwa tiegħek bħala lsiera rġiel u qaddejja nisa,+ imma ma jkunx hemm min jixtrikom.”