44 U minkejja dan kollu, waqt li jkunu għadhom f’art l-għedewwa tagħhom, jien żgur li ma niċħadhomx+ u lanqas nistmerrhom+ biex neqridhom għalkollox, u nikser il-patt tiegħi magħhom;+ għax jien Ġeħova Alla tagħhom.
15 Int taf bis-sitwazzjoni tiegħi.+ O Ġeħova, ftakar fija+ u agħti kasi u tħallas għalija minn dawk li jippersegwitawni.+ Tħallinix ngħib għax iddum biex tagħdab.+ Tinsiex li minħabba fik qed nissaporti ż-żebliħ.+