Lamentazzjonijiet
א [Alef]*
1 O kif spiċċat waħedha,+ il-belt li kienet mimlija bin-nies!+
Kif saret bħal armla,+ dik li kienet iffollata fost il-ġnus!+
Kif spiċċat tagħmel xogħol forzat, dik li kienet prinċipessa fost il-provinċji!+
ב [Bet]
2 Bil-lejl tibki fuq li tibki,+ u d-dmugħ tagħha jinżel maʼ ħaddejha.+
M’għandha ’l ħadd biex ifarraġha minn fost dawk kollha li kienu jħobbuha.+
ג [Gimel]
3 Dar Ġuda marret fl-eżilju minħabba s-sofferenza+ u minħabba l-jasar kbir.+
Kellha tgħammar fost il-ġnus.+ Ma sabet ebda post taʼ mistrieħ.
Dawk kollha li kienu qed jippersegwitawha qabduha meta kienet f’ċirkustanzi taʼ niket.+
ד [Dalet]
4 It-toroq taʼ Sijon huma mnikktin, għax ħadd m’hu ġej għall-festa.+
Bwiebha kollha mħarbtin;+ il-qassisin tagħha qed jitniehdu.+
Il-verġni tagħha maħkumin mid-dwejjaq, u hi mimlija mrar.+
ה [Ħe]
5 L-avversarji tagħha huma minn fuq.+ L-għedewwa tagħha ma jimpurtahomx.+
Għax Ġeħova nnifsu ġab l-għali fuqha talli kisret il-liġi kemm-il darba;+
U wliedha mxew imjassrin quddiem l-avversarju.+
ו [Waw]
6 U bint Sijon tilfet ġmielha kollu.+
Il-prinċpijiet tagħha saru bħal ċriev li ma sabux fejn jirgħu;+
U jimxu bla saħħa quddiem dak li jrid jaqbadhom.+
ז [Żajin]
7 Ġerusalemm ftakret, matul jiem is-sofferenza tagħha u meta niesha ma kellhomx fejn joqogħdu,
Fl-affarijiet sbieħ kollha li kellha sa minn żmien il-qedem.+
Meta niesha waqgħu f’idejn l-avversarju u ma kien hemm ħadd biex jgħinha,+
L-avversarji rawha. Mal-waqgħa tagħha qagħdu jidħqu biha.+
ח [Ħet]
8 Ġerusalemm dinbet bl-ikrah.+ Għalhekk saret xi ħaġa mistmerra.+
Dawk kollha li kienu jonorawha issa jiddisprezzawha,+ għax raw l-għera tagħha.+
Hi titniehed+ u ddur ’l hemm.
ט [Tet]
9 Fi djulha hemm nuqqas taʼ ndafa.+ Ma ftakritx fil-ġejjieni tagħha,+
U għaġġbet lil kulħadd bil-waqgħa tagħha. M’għandha ’l ħadd biex ifarraġha.+
O Ġeħova, ara s-sofferenza tiegħi,+ għax l-għadu tiegħi qed jitkabbar ħafna.+
י [Jod]
10 L-avversarju medd idu fuq l-affarijiet sbieħ kollha li għandha.+
Għax hi rat ġnus deħlin fis-santwarju tagħha,+
Li int ikkmandajthom biex ma jidħlux fil-kongregazzjoni tiegħek.
כ [Kaf]
11 Niesha kollha jitniehdu; qed ifittxu l-ħobż.+
Partu l-affarijiet sbieħ tagħhom maʼ xi ħaġa x’jieklu, sabiex jieħdu r-ruħ.+
Ara, O Ġeħova, u ħares, għax jien sirt qisni mara bla preġju.+
ל [Lamed]
12 M’hu xejn dan għalikom, intom ilkoll li għaddejjin mit-triq? Ħarsu u araw.+
Hemm xi wġigħ bħall-uġigħ tiegħi li ġejt kastigata bih,+
Li Ġeħova nikkitna bih f’jum ir-rabja taħraq tiegħu?+
מ [Mem]
13 Mill-għoli bagħat nar f’għadmi,+ u ħakmu kollu.
Firex xibka għal saqajja.+ Dawwarni lura.
Għamilni mara abbandunata. Il-jum kollu marida.+
נ [Nun]
14 Hu qagħad għassa għan-nuqqasijiet tiegħi.+ F’idu jinbarmu f’xulxin.
Għonqi taqqluhuli.+ Il-qawwa tiegħi ħallietni.
Ġeħova tani f’idejn dawk li ma nistax inqum kontrihom.+
ס [Samek]
15 Lis-setgħanin kollha tiegħi Ġeħova warrabhom minn ġo nofsi.+
Ħejja laqgħa kontrija, sabiex ifarrak lill-irġiel żgħażagħ tiegħi.+
Ġeħova għaffeġ il-magħsar taʼ l-inbid+ taʼ bint Ġuda, il-verġni.+
ע [Għajn]
16 Għalhekk qed nibki.+ Minn għajnejja, minn għajnejja nieżel ħafna dmugħ.+
Għax tbiegħed minni min ifarraġni, min jgħinni nieħu r-ruħ.
פ [Pe]
17 Sijon ħarġet idejha.+ M’għandha ’l ħadd biex ifarraġha.+
Ġeħova ta kmand lil dawk kollha madwar Ġakobb biex ikunu l-avversarji tiegħu.+
Ġerusalemm saret ħaġa mistmerra fosthom.+
צ [Sade]
18 Ġeħova hu ġust,+ għax jien irribellajt kontra fommu.+
Isimgħu, issa, intom popli kollha, u araw l-uġigħ tiegħi.
Ix-xebbiet u l-ġuvintur tiegħi marru fil-jasar.+
ק [Kof]
19 Sejjaħt lil dawk li ħabbewni bil-kbir.+ Daħqu bija.
Il-qassisin u x-xjuħ tiegħi ntemmew fil-belt,+
Waqt li kienu qed ifittxu xi ħaġa x’jieklu għalihom infushom sabiex jieħdu r-ruħ.+
ר [Rex]
20 Ħares, O Ġeħova, għax jien ninsab f’sitwazzjoni mwiegħra. Il-ġewwieni* tiegħi qed ibaqbaq.+
Qalbi muġugħa ġo fija,+ għax kont ribelluża ferm.+
Fuq barra, is-sejf ċaħħadni mit-tfal.+ U ġewwa d-dar hemm il-mewt ukoll.+
ש [Xin]
21 In-nies semgħu li qed nitniehed.+ M’hemmx min ifarraġni.+
L-għedewwa kollha tiegħi semgħu bil-gwaj tiegħi.+ Tgħidx kemm ferħu b’dan, għax int stess ġibtu fuqi.+
Int se ġġib il-jum li ħabbart,+ sabiex huma wkoll isiru bħali.+
ת [Taw]