64 “U Ġeħova se jxerrdek fost il-popli kollha minn tarf wieħed taʼ l-art sat-tarf l-ieħor taʼ l-art,+ u hemmhekk ikollok taqdi lil allat oħrajn, taʼ l-injam u tal-ġebel,+ li la int ma tafhom, u lanqas missirijietek.
4 U nagħmilhom xi ħaġa tal-waħx għas-saltniet kollha taʼ l-art+ minħabba Manasse bin Ħeżekija, is-sultan taʼ Ġuda, għal dak li għamel f’Ġerusalemm.+