13 U jrid iseħħ f’dak il-jum li jindaqq qarn kbir,+ u dawk li qed jgħibu fl-art taʼ l-Assirja+ u dawk li huma mxerrdin fl-art taʼ l-Eġittu+ jiġu u jmilu+ quddiem Ġeħova fuq il-muntanja qaddisa f’Ġerusalemm.+
16 “Lill-mitlufa se nfittixha,+ u lill-imferrxa nġibha lura, u lill-miksura ninfaxxaha u lill-muġugħa nsaħħaħha, imma lis-smina+ u lill-waħda b’saħħitha neqridhom għalkollox u nitmagħhom il-ġudizzju.”+
9 ‘Għax, ara! Jien qed nikkmanda, u se nheżżeż id-dar taʼ Israel fost il-ġnus kollha,+ bħal meta wieħed jheżżeż l-għarbiel, sabiex lanqas ċagħqa waħda ma taqaʼ fl-art.