9 Iktar minn hekk, Użżija bena torrijiet+ f’Ġerusalemm biswit il-Bieb tal-Kantuniera+ u biswit Bieb il-Wied+ u biswit ix-Xewka tas-Sur, u saħħaħhom.
5 Barra minn hekk, għamel il-kuraġġ u bena s-sur imġarraf+ u tellaʼ torrijiet+ fuqu, u fuq barra tellaʼ sur ieħor,+ u sewwa l-Għolja*+ tal-Belt taʼ David, u għamel vleġeġ+ bl-abbundanza u tarki.+
14 U wara dan bena sur għall-Belt taʼ David+ fuq in-naħa taʼ barra,+ lejn il-punent taʼ Giħon+ fil-wied* u saħansitra sa Bieb il-Ħut,+ u dawru madwar Għofel+ u għamlu għoli ħafna. Barra minn hekk, qiegħed kapijiet tal-qawwa militari fil-bliet fortifikati kollha f’Ġuda.+