-
Eżekjel 18:24Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
24 “‘Issa meta xi ħadd ġust idur lura mis-sewwa tiegħu u jagħmel l-inġustizzja,+ jibqaʼ jagħmel skond l-affarijiet mistkerrhin kollha tal-wieħed ħażin u jkompli jgħix,+ xejn mill-atti ġusti kollha li jkun għamel ma jitfakkar.+ Minħabba n-nuqqas taʼ fedeltà li wettaq u d-dnub li dineb bih, minħabba fihom imut.+
-
-
Eżekjel 33:12Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
12 “U int, O bin il-bniedem, għid lil ulied il-poplu tiegħek, ‘Is-sewwa tal-ġust fih innifsu mhux se jeħilsu dakinhar li jirvella.+ Imma l-ħażen tal-ħażin mhux se jkun taʼ tfixkil għalih dakinhar li jdur lura mill-ħażen tiegħu.+ Lanqas ma se jkun jistaʼ jibqaʼ jgħix il-ġust minħabba s-sewwa tiegħu dakinhar li jidneb.+
-